Numru ta’ Reazzjonijiet għall-manifest: “Nibnu mill-ġdid il-komunità fl-Ewropa” Manifest għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew – 25 ta’ Mejju 2019 Mill-Moviment ta’ Kana, Catholic Voices Malta u l-Kummissjoni għall-Ġustizzja u l-Paċi

Ir-reazzjonijiet li waslu minn numru ta’ kandidati għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew għall-manifest: “Nibnu mill-ġdid il-komunità fl-Ewropa”, mill-Moviment ta’ Kana, Catholic Voices Malta u l-Kummissjoni għall-Ġustizzja u l-Paċi.

(skond l-ordni li waslu)

Micheal Brigoglio – PN

Jiena nendorsja l-manifest tiegħkom kompletament.

Carmel Cacopardo – f’isem l-AD

Nirringrazzjakom.
Il-manifest ta’ Alternattiva Demokratika li issa ilu xi ġimgħat ippubblikat issibu hawn : http://www.alternattiva.org.mt/2point3/wp-ċontent/uploads/2019/03/AD_Ahdar-ir-Risposta.pdf

Arnold Cassola – Independenti

Qiegħed nara l-punti li enfasizzajtu u nikkwota verbatim: “L-Ewropa teħtieġ li terġa’ tiskopri l-identità komuni tagħha u tħares lill-persuni, familji u l-kulturi, speċjalment lill-fqar u dawk l-aktar vulnerabbli. Aħna neħtieġu MEPs li jippromwovu l-valuri li fuqhom twaqqfet l-UE u li jkunu impenjati lejn dinjità umana għal kulħadd, sussidjarjetà u impenn attiv taċ-ċittadini.

Il-familji u d-demografija jeħtieġ li jitpoġġew fiċ-ċentru tal-politika Ewropea, speċjalment familji żgħażagħ. Aħna neħtieġu MEPs li jippromwovu u jipproteġu l-ħajja mill-konċepiment sat-tmiem naturali tagħha, li jindirizzaw il-bżonnijiet tal-aktar persuni fqar u vulnerabbli, u li jaħdmu favur kultura ta’ ekoloġija integrali. Aħna rridu wkoll MEPs li jaħdmu favur sforz ġdid biex jinstabu soluzzjonijiet effettivi u komuni dwar il-migrazzjoni, l-ażil, l-integrazzjoni u d-demografija”.

Jiena nqis ruhi politiku lajk u sekulari li jemmen li għandu jkun hemm separazzjoni netta bejn politika u reliġjon.

Madankollu, meta naqra l-punti tagħkom elenkati hawn fuq kwazi nissorprendi ruħi kif naqbel magħhom fit-totalita’. Dan ifisser li meta wieħed iħares lejn il-ġid komuni ftit ikun hemm differenza bejn lajċi u kattoliċi.

Għalhekk, jiena nafferma bil-miftuh li fil-grupp politiku Ewropew li nassoċja ruħi miegħu naħdem biex jitwettqu l-għanjiet hawn fuq imsemmija, inkluzi dawk il-ftit li l-maġġoranza tal-grupp li jien nappartjeni għalih ma tkunx taqbel magħhom.

Infatti, il-hsieb tiegħi hu li nifforma parti mill-Grupp tal-Hodor, bħala Indipendenti, bil-kundizzjoni maqbula mill-bidu li fuq kwistjonijiet ta’ kuxjenza (ez. abort; surrogaċy) jien inkun liberu li naħdem u naġixxi skont il-kuxjenza u l-fehmiet tiegħi, indipendentement mill-fehmiet u mir-rieda tal-maġġoranza tal-grupp.

Godfrey Farrugia – F’isem il-PD

Grazzi ferm ta’ dokument.

Il-PD hu mibni fuq il-valuri Maltin u Ewropej. Inkomplu nahdmu biex insahhuhom.

Felix Busuttil – PL

Grazzi ħafna tal-kuntat li għamiltu miegħi. Jien ġej minn sfond Kattoliku qawwi. Jien stess għal sentejn kelli intenzjonijiet serji li insir qaddej ta ‘ Alla u nixtieq li hekk nibqa. Fin-nuqasijiet u d-dubji tiegħi, għandi fidi qawwija fil-umanità u nixtieq nara lil Alla jerġa jipoġġa fir-realita tal-politika. Jiena nikkonferma il-manifest tiegħkom u nixtieq biss l-imħabba, ir-rispett, id-dinjità u l-ħajja għal kulħadd.

Żommu l-ħidma tajba

Peter Agius – PN

Naprezza ħafna li kellimtuna u li ħadtu din l-inizjattiva li fil-fehma tiegħi tati kontribut oriġinali għal kif nistgħu napplikaw il-valuri nsara fil-politika fuq livell Ewropew.

Naqbel bla riserva mat-12 il-valur li xtarrejt fid-dettall. Naprezza wkoll il-perspettiva applikata anke filkaz tal-edukazzjoni tat-tfal u d-digitalizzazzjoni li ċert li ser ituna sfida akbar fil-gejjieni.

Nemmen ukoll li jehtieg nimbuttaw b’aktar sahha l-applikazzjoni tal-artikolu 17 dwar il-liberta tal-kuxjenza b’mod attiv u mhux biss passiv.

Naħseb i importnait li jkollna politiċi li jagħmluha ċarali huma ispirati u gwidati mill-valuri nsara fil-politika. Dan għamiltu ċar anke fil-punti ta’ prijorita’ (qed insejħilhom riżultati) tal-programm tiegħi jekk niġi elett.

Il-manifest

Nibnu mill-ġdid il-komunità fl-Ewropa, Manifest għall-Elezzjoni tal-Parlament Ewropew 25ta’ Mejju 2019

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *